Il-Knisja Kattolika Tiegħi Ġiet Imtertqa f’Biċċiet, Iżda Ruħ il-Knisja Tiegħi, Qatt Mhi Se Tinħataf Jew Tinbela’ mix-Xitan

It-Tnejn, 30 ta’ Lulju 2012 @ 01:00

Il-Knisja Kattolika Tiegħi Ġiet Imtertqa f’Biċċiet, Iżda Ruħ il-Knisja Tiegħi, Qatt Mhi Se Tinħataf Jew Tinbela’ mix-Xitan.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Lulju, 2012, fis-1.00 am.


Maħbuba binti l-għażiża, meta Jiana ssaportejt l-agunija fil-ġnien, l-akbar abominazzjoni li wrieni ix-Xitan (Satana), kienet in-nuqqas ta’ lealtà tal-Knisja Kattolika u Appostolika fl-Aħħar taż-Żminijiet.

Hawnhekk ix-Xitan, li kien qed jittormentani b’viżjonijiet tal-futur, wrieni l-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) fietla tal-Knisja f’dawn iż-żminijiet, jiġifieri, ż-żminijiet ta’ bħalissa.

Huma ħallew il-kburija tagħhom u l-veritajiet foloz, iddominati mit-tolleranza tagħhom għad-dnub, jagħmuhom mill-Verità t’Alla.

Il-lealtà tagħhom lejn il-ġibdiet tad-dinja, tfisser li ħafna mill-Qaddejja Sagri tiegħi, m’għandhomx il-kompassjoni jew l-umiltà f’ruħhom, sabiex imexxu lis-segwaċi tiegħi lejn il-qdusija meħtieġa, ħalli jsalvaw lir-ruħ tagħhom.

Ħafna daru kontrija, għalkemm jgħidu li jħobbu lil ulied Alla.

Billi jippromwovu t-tolleranza f’Isem Alla, huma qed jippreżentaw duttrina falza, li taħbi l-Verità.

Dawk id-dissidenti fil-Knisja tiegħi fid-dinja, li jsostnu li qed joħolqu tip ġdid ta’ twemmin f’isem il-Knisja Kattolika, iżda li jiċħdu t-Tagħlim tiegħi, qed jiġu ttantati mix-Xitan li jrid jeqred il-Knisja tiegħi.

Hu, id-Demonju, diġà kkawża dnub faħxi, fejn qed jikkorrompi l-Knisja tiegħi, u issa jrid isammar l-aħħar imsiemer, sabiex issallab il-Knisja tiegħi, u min-naħa tiegħu, jitfa’ fl-Infern lil dawk il-Qaddejja Sagri tiegħi, li qed jipprofanaw il-Kelma t’Alla, billi jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni tad-dnub fost ulied Alla.

Dan id-dnub tagħhom, li bih qed jagħtuni bil-ħarta fuq Wiċċi, u li wassalhom sabiex  juru oxxenitajiet Quddiemi, u li huma jsostnu bħala aċċettabbli u tollerati minn Alla, se jiġi kkastigat bil-kbir.

Huma anke qed jissograw, permezz tad-dnub tal-kburija u l-qerq, iqarrqu bl-erwieħ u jidderieġuhom f’għar li jkexkex u mudlam, mingħajr ma jifhmu kif qed jkunu jikkundannaw l-erwieħ għal ġol-għadira kbira tan-nar.

Ħafna mill-Qaddejja Sagri tiegħi qed jiġu mqarrqa, u mhumiex jindunaw b’dan. Madankollu ħafna Qaddejja bħal dawn, jekk ikunu onesti magħhom infushom, jundunaw li huma jinsabu konfużi.

Imbagħad hemm dawk li jilgħabuha tal-Qaddejja Sagri tiegħi, iżda dawn ġejjin minn tan-naħa l-oħra. Huma skjavi tal-Bhima, li apposta jippreżentaw lilhom infushom bħala l-Qassisin Midlukin tiegħi.

Dawn qed jikkawżawli dieqa ta’ qalb terribbli. Mhux biss qiegħdin jikkorrompu l-erwieħ (nies ħajjin) iżda apposta daħlu f’patt max-Xitan li se jiblagħhom.

Huma qed iwettqu atti vili fuq l-Artali tiegħi u quddiem l-Ewkaristija Mqaddsa, iżda ftit nies jafu li qed iwettqu atti bħal dawn. Madankollu, Jiena xorta mxennaq għal ruħhom.

Il-Knisja Kattolika tiegħi ġiet imtertqa f’biċċiet, iżda Ruħ il-Knisja tiegħi qatt mhi se tinħataf jew tinbela’ mix-Xitan. Iżda l-Qaddejja tal-Knisja tiegħi, xorta jistgħu jiġu ttantati għad-dnub u meqruda mill-Bhima.

Dan huwa ż-żmien għalija biex nintervjeni ħalli ngħinhom jegħlbu dawn it-turmenti tal-waħx.

Għandi bżonnkom, intom is-segwaċi tiegħi, u dawk il-Qaddejja Sagri tagħkom li tifhmu x’qed jiġri fostkom, biex tgħidu din it-talba.


It-Talba tal-Kruċjata għall-Kleru (70). It-Talba sabiex Nibqa’ Sod u Leali, Lejn il-Kelma Mqaddsa ta’ Alla:

O Ġesù Għażiż, għin lill-Qaddejja Sagri tiegħek jindunaw bil-qasma li qed tiżvolġi fil-Knisja tiegħek.

Għin lill-Qaddejja Sagri tiegħek, jibqgħu sodi u leali lejn il-Kelma Mqaddsa tiegħek.

Tħalli qatt l-ambizzjonijiet tad-dinja, jċajpru l-imħabba safja tagħhom għalik.

Agħtihom il-Grazzji biex jibqgħu safja u ċkejken quddiemek, u biex jonoraw, l-Akbar Preżenza Mqaddsa tiegħek fl-Ewkaristija.

Għin u iggwida lil dawk il-Qaddejja Sagri kollha, li saru fietla f’imħabbithom għalik, u erġa’ kebbes in-Nar tal-Ispirtu s-Santu f’ruħhom.

Għinhom jindunaw bit-tentazzjoni biex jaljenawhom.

Iftħilhom għajnejhom, biex dejjem jaraw il-Verità.

Berikhom Għażiż Ġesù f’daż-żmien, u iksihom b’Demmek il-Prezzjuż, biex iżżommhom il-bogħod mid-deni.

Agħtihom is-saħħa li jirreżistu l-ħażen tax-Xitan, jekk jiġu mħajra jiċħdu l-eżistenza tad-dnub. Ammen.


Il-Qaddejja Sagri tiegħi huma s-sinsla tal-Knisja tiegħi.

Huma jinsabu fuq quddiem nett fil-mira tal-attakki kiefra tax-Xitan f’dan iż-żmien.

Għinuni niggwidahom lejn it-triq tas-salvataġġ tal-Fdalijiet tal-Knisja tiegħi, hekk kif dieħla fix-xiżma (qasma) li dalwaqt se tinħoloq mill-Profeta Falz.

Inġabru flimkien u itolbu għall-għaqda tal-Qaddejja Sagri tiegħi li huma meħtieġa biex iżommu l-Knisja tiegħi b’saħħitha fil-jiem li ġejjin. 
 
Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM