Alla l-Missier: Kif Ibni Ġie Msallab, Hekk Ukoll il-Knisja Tiegħu fid-Dinja Se Tiġi Msallba.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mingħand Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tat-2 ta’ Awwissu, 2012, fl-10.06 pm.
Binti wisq l-għażiża, il-ġuri tal-Knisja ta’ Ibni fid-dinja, issa diġà beda.
Il-flaġellazzjoni u l-persekuzzjoni waslet biex tibda.
Kif Ibni ġie msallab, hekk ukoll il-Knisja tiegħu fid-dinja se tiġi msallba.
Il-ġuri qed iseħħ bħalissa.
Ibni ntbagħat (fid-dinja) biex isalva l-bnedmin kollha min-nar tal-Infern.
Il-Mewt tiegħu fuq is-Salib, atroċità krudili u terribbli, ġiet permessa Minni, bħala mezz biex noffri futur lil uliedi.
Il-Ġisem ta’ Ibni sar il-Knisja tiegħu fid-dinja. Il-Qassisin u l-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħu ħadu post l-Appostli tiegħu.
Issa, hekk kif Huwa se jerġa’ jiġi lura, biex jifdi lill-umanità, biex jieħu lura bi dritt, lil uliedi prezzjużi, sabiex ikunu jistgħu jidħlu fil-Ġenna tiegħi, l-istorja se tiġi ripetuta.
Ibni ppriedka l-Verità u ġabar ħafna nies li segwew it-Tagħlim tiegħu, u dawn ma ddubitawx il-Kelma tiegħu.
Imbagħad Huwa ġie tradit minn dawk li kienu qrib tiegħu, li kienu ddedikati Lejh, minn ta’ ġewwa stess.
Il-Knisja tiegħu, il-Knisja Kattolika, ġiet ukoll tradita minn ġol-kurituri tagħha stess
It-tentazzjoni ta’ Satana ġabet dan kollu, u kefrija kbira kienet responsabbli għall-Mewt ta’ Ibni.
Fil-Knisja tiegħu llum, il-qerda tagħha bdiet minn xi żmien ilu. Bħal ma għamlu lil Ibni, ħafna segwaċi leali lejn il-Kelma Mqaddsa li wassalt Jien, issa abbandunawh.
Imbagħad beda l-ġuri, fejn Ibni ġie akkużat b’ereżija. Hekk ukoll il-Knisja ta’ Ibni fid-dinja, sofriet l-istess destin.
Minħabba dawk il-kattivi fosthom, li wettqu offiżi gravi kontra l-bnedmin kollha, issa ħafna segwaċi leali, abbandunaw il-Knisja.
Dawn imbagħad wasslu biex wara jabbandunaw lil Ibni u jwarrbu t-Tagħlim tiegħu.
Il-ġuri tal-Knisja ta’ Ibni fid-dinja immuta lil Qassisin tagħha, meta dawn ġew biex jiddefendu t-Tagħlim ta’ Ibni.
Huma qed jibżgħu li joffendu lil dawk li qed jiċħdu lil Ibni, minħabba d-dnubiet ta’ dawk li hemm f’nofshom.
Il-Knisja ta’ Ibni issa qed tiffaċċja l-akbar prova li qatt kellha, li ma dehritx bħala mill-Kruċifissjoni ta’ Ibni l-Għażiż.
Il-Knisja tiegħu qed tiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt bla ħniena, mhux biss mill-għedewwa tagħha minn barra, iżda wkoll mill-għedewwa tagħha minn ġewwa.
Il-Kuruna tax-Xewk issa se titqiegħed fuq Ras il-Knisja ta’ Ibni u ftit mis-segwaċi tiegħu se jibqgħu miegħu.
Hekk kif l-Appostli ta’ Ibni, bl-eċċezzjoni ta’ Ġwanni, abbandunawh waqt il-Passjoni u l-Mewt tiegħu, hekk ukoll dawk il-kbarat fil-Vatikan se jabbandunaw lill-Vigarju Qaddis tiegħi (Benedetti XVI).
Huwa, bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika, disgrazzjatament, se jkun imġiegħel jimxi fit-triq tal-biża’, mingħajr ma għandu l-ebda ħtija.
Filwaqt li se jiġi msawwat, imżeblaħ u mġiegħel jidher bħala xi iblah, dawn mhux lejh se joħorġu r-rabja tagħhom. Imma se jkunu kontra l-Verità tal-Knisja, il-Knisja Nisranija, iffurmata minħabba s-Sagrifiċċju ta’ Ibni, li huma se jferrgħu l-mibegħda tagħhom fuqu.
Il-Kristjaneżmu se jiġi msawwat f’kull daħla, f’kull nazzjon, u f’kull post ta’ qima, u dan sakemm fl-aħħar jinħaleb.
Hekk kif se jitmexxa fit-triq lejn il-Kalvarju, l-istess kif Ibni kien imbuttat, hi se tkun marbuta u ssikkata bil-ħbula, biex ikun impossibbli li taħrab mill-kefrija.
Imbagħad, hekk kif titla’ fuq l-għolja, se tiġi mħaġġra bil-ġebel, jobżqula u rridikolata sal-quċċata.
Imbagħad se tkun imsammra mas-Salib.
Kważi l-ebda simpatija mhi se tintwera lilha, minn dawk li jakkużaw lil Knisja bid-dnubiet tagħha kontra l-innoċenti, meta se jikkundannaw lill-Kap tal-Knisja, lill-Ibni.
Se jwaħħlu Fih għad-dnubiet ta’ ħaddieħor, ikkawżati mit-tentazzjonijiet ta’ Satana.
Meta jkunu sammru l-Knisja ta’ Ibni mas-Salib, huma se jibagħtu mijiet ta’ gwardji, bħas-sitt mitt suldat li kienu fuq il-Kalvarju, biex jiżguraw li lanqas pulzier laħam ma jaħrab mingħajr is-swat.
Lanqas Qaddej wieħed mill-Knisja tiegħu, li jiddikjara lealtà tiegħu lejha, ma jitħalla jaħrab.
Imbagħad, meta l-Knisja tkun ġiet imsallba, se jiżguraw li titħalla mingħajr ikel u ilma, sal-aħħar nifs tagħha biex tmut.
Id-dixxipli kollha tagħha, bħalma kienu għamlu l-Appostli ta’ Ibni, mhu se jkunu jidhru mkien.
Se jinħbew minħabba l-biża’ ta’ ritaljazzjoni.
Dak il-ħin li se jkun jidher bħala l-aħħar nifs tagħha, kulħadd se jiskot, sakemm iċ-ċapċip ta’ dawk li sallbu l-Knisja, se jtarrax lid-dinja kollha bid-duttrina falza tagħhom.
Il-leħen tal-kap il-ġdid tal-Knisja, l-Impostur, il-Profeta Falz, se jidwi.
Kulħadd se jinżel mal-art b’radd il-ħajr Lejja, Jiena Alla l-Aktar Għoli, b’serħan. Għax dan se jkun jidher li jirrappreżenta xi bidu ġdid.
Iżda se jkun dakinhar li l-Preżenza ta’ Ibni ma tibqax iżejjen l-artali f’din il-Knisja, għax dan ma jistax ikun.
Ikun dakinhar li Idi tinżel biex sawwat u tikkastiga.
Dan ikun iż-żmien meta tibda l-Battalja ta’ Armageddon.
Dan ikun il-waqt meta Jien niġi, permezz ta’ Ibni, biex insalva l-erwieħ (nies ħajjin).
Ara li ma tiċħdux din il-profezija.
La tinħbewx wara xi forom ta’ sigurtajiet foloz, għax dan il-jum irid jasal.
Il-Kruċifissjoni tal-Knisja ta’ Ibni trid isseħħ minħabba l-Patt Finali.
Imma wara, jasal il-Qawmien Glorjuż tal-Knisja, Ġerusalemm il-Ġdida, li se timsaħ id-dmugħ kollu, tneħħi it-tbatija kollha, u mbagħad tibda l-Era l-Ġdida.
Qisu li tafdaw f’Ibni f’kull ħin.
Qatt tibżgħu, għax Jiena Missierkom u se niġi biex inġedded l-art u niġbor lil uliedi kollha f’dan il-miraklu tal-aħħar, kif mbassar fil-Ktieb ta’ Danjel.
Il-Ktieb tal-Verità issa qed jiġi żvelat lilkom, uliedi, kif imwiegħed.
La tiċħdux l-intervent Divin tiegħi, għax Jiena ngħid il-Verità.
Alla l-Aktar Għoli