Din ir-Reliġjon Dinjija Ġdida u Waħdanija, Se Tqim lill-Bhima

It-Tlieta, 9 ta’ Ottubru 2012 @ 21:31

Din ir-Reliġjon Dinjija Ġdida u Waħdanija, Se Tqim lill-Bhima.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, Sultan u Redentur tal-Umanità, lil Marija Ħniena Divina, tad-9 ta’ Ottubru, 2012, fid-9.31pm.


Maħbuba binti l-għażiża, ħafna erwieħ bħalissa, qegħdin b’għajnejhom miftuħin, hekk kif qed jaraw iseħħu l-bidliet mgħaġġla fil-Knisja Kattolika tiegħi, li issa bdew jidhru sew.

Is-sinjali qiegħdin juru dak kollu li jien ħabbart permezz tiegħek.

Id-disponibbiltà fin-nuqqas tal-Quddies qed jidher.

L-Ewkaristija Mqaddsa m’għadhiex daqshekk aċċessibbli faċilment.

Is-Sagrament tal-Qrar jinsab limitat f’ħafna mill-Knejjes tiegħi.

Diversi mill-knejjes tiegħi m’għandhomx Qassisin biex imexxuhom.

Tant hemm nies li qed jabbandunaw il-Knejjes tiegħi, f’dan iż-żmien ta’ tribulazzjoni, li dalwaqt dawn il-Knejjes se jingħataw lil sidien kummerċjali.

Hekk kif il-fidi tal-Insara qed tiġi ppruvata, huwa għalhekk importanti li nkomplu nitolbu t-Talbiet tal-Kruċjata tiegħi.

Dalwaqt, qaddejja ġodda se jiġu introdotti fil-Knejjes Kattoliċi u Knejjes Kristjani oħra.

Għall-ewwel, id-differenzi reliġjużi se jkunu jidhru minimi u mċajpra.

Imbagħad, wara żmien qasir, it-Tagħlim tiegħi ma jinagħrafx aktar, għax ikun sparixxa bil-mod il-mod.

Minfloku se jkun hemm serje ta’ kliem vojt, iżda poetiku, li jippromwovi t-tolleranza tad-dnub.

Il-gideb, ippreżentat lil dawk li jattendu l-Knisja mingħajr ma jkunu qed jissuspettaw xejn, mhux se jiġi nnutat mill-bidu. Imbagħad, ser jaqa’ sens inkwetanti u qawwi fuq is-segwaċi tiegħi, li xi ħaġa mhix qiegħda sew, li se tbeżżagħhom

L-aħħar qerq se jkun meta s-Sagramenti Mqaddsa, jiġu mibdula f’riti pagani.

Kollox se jkun immexxi mill-Profeta Falz, li se jgħid li hu l-Qassis il-Kbir fuq ir-reliġjonijiet kollha kemm huma, magħquda f’reliġjon waħda.

Din ir-reliġjon dinjija ġdida u waħdanija se tqim lill-Bhima (l-Antikrist).

Dawk kollha li se jibqgħu jsegwu b’għajnejhom magħluqa, se jinbelgħu mill-Bhima u jintilfu Minni għal dejjem.

Il-ħeffa li biha dan se jiġri se tistagħġeb lis-segwaċi tiegħi.

Il-pjan qed jiġi mmexxi bir-reqqa.

Il-kampanja biex tibdel l-ostilità tal-Insara, fl-aċċettazzjoni tal-liġijiet sekulari, qed tiġi ppjanata professjonalment.

Kollox qed jiġi ppjanat f’diversi pajjiżi minn grupp wieħed, li juża personalitajiet, ċelebritajiet u nies prominenti, li kollha huma rispettati mill-maġġoranza, biex japprovaw il-gideb kattiv tagħhom.

Qisu li toqgħodu attenti.

La taċċettawx gideb.

Araw li ma tinvolvux ruħkom fil-pjan biex jipprofana l-Isem Imqaddes tiegħi.


Ġesù tagħkom,
Is-Sultan u r-Redentur tal-umanità kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM