Il-Paganiżmu Se Jiġi Sforzat fuq il-Knejjes Kollha ta’ Alla.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ Ottubru, 2012, fid-9.50 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, għid lil kulħadd fid-dinja li jridu jqumu min-ngħas tagħhom.
Jekk mhux se jqumu, mhux se jaraw il-pjanijiet krudili, li Jien ħabbart xi żmien ilu, jiżvolġu.
Jien qed nitkellem dwar il-ħakma globali, li qed tiġi maħduma bħalissa, biex teqred il-Kristjaneżmu.
Il-Knisja tiegħi qiegħda tinħatt, ġebla ġebla.
Il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħi qed jiġu sforzati jissaportu tbatija akbar minn kemm jistgħu jifilħu, u dan kollu apposta.
Il-Knisja tiegħi wkoll qed tiġi profanata, minn dawk li jqimu l-Bhima (l-Antikrist).
Dawn l-imposturi foloz, mhumiex Kristjani.
Huma qed jipprattikaw l-okkult u qiegħdin jinfiltraw fl-organizzazzjonijiet kollha, inklużi l-knejjes differenti u r-reliġjonijiet differenti.
Il-mira ċara tagħhom hija l-Knisja Kattolika.
Din hija l-Knisja l-aktar li jobogħdu.
Il-gideb tagħhom wassal biex il-Kattoliċi qed jistħu jqumu u jiddefendu l-Knisja tagħhom.
Dan il-gideb tagħhom għamilha diffiċli ħafna għall-Knejjes Kristjani kollha, biex huma jiddefendu s-Sagramenti Mqaddsa, kif imwaqqfa minn Alla.
Il-paganiżmu se jiġi sforzat fuq il-Knejjes kollha ta’ Alla, u gwaj għal dak il-bniedem li jerfa’ rasu biex jiddefendi l-Verità ta’ Alla.
Wasal iż-żmien għad-diviżjoni tal-umanità.
Jiena stess se niġi u naqsam id-dinja.
Dawk leali lejn it-Tagħlim tiegħi se jittieħdu fis-Sider tiegħi.
Dawk li jisfidaw lil Alla, u jidgħu kontra l-Verità, se jitkeċċew.
Il-battalja diġà bdiet. L-evidenza qed tiġi ppreżentata.
Għad baqa’ xi żmien biex tagħżlu bejn il-gideb ta’ dan il-grupp sataniku, li jiġi liebes bħal ħaruf, jew tagħżlu l-Verità, li fil-fatt se jgħidulek li hija gidba
Tridu tibqgħu attenti l-ħin kollu.
Qis li ż-żommu għajnejkom miftuħin.
Araw li d-duru u tagħtuhom dahrkom meta Ismi, Ġismi u Kelmti jkunu qed jiġu midagħajlha.
Ġesù tagħkom