Meta Huma Jippruvaw Joħolqu Sagrament fil-Knejjes Tiegħi, Ġej Minn Xi Ħaġa Abominabbli, Se Jgħidu li Dan Kien Minħabba d-Drittijiet tal-Koppji tal-Istess Sess.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Ottubru, 2012, fl-10.21 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, il-viżjonijiet li ħallejtek tara, tal-erwieħ nieżlin fl-Infern, ma kinux biex ibeżżgħuk.
Minflok, dawn kienu biex nurik ir-Realtà.
B’dan il-mod, int issa tista’ tifhem kemm Jiena qiegħed insofri, ta’ kuljum, hekk kif nara l-erwieħ nieżlin fil-qiegħ tal-Infern.
Oh mank li n-nies kienu jafu bit-twerwir tal-Infern, u l-mod kif il-Bhima qed tibla’ dawn l-erwieħ, kieku kienu jevitaw id-dnub akkost ta’ kollox.
Dawk l-istess erwieħ (nies ħajjin) xorta jistgħu jiġu salvati, binti, permezz tat-talb tal-Grazzja tal-Immunità.
Meta tagħmlu dan, intom id-dixxipli tiegħi, tkunu qed ittuni serħan minn dan il-flagell tal-biża’ li qed jaqsamli Qalbi.
Dawk li jmutu fid-dnub il-mejjet huma d-destinati għan-nar tal-Infern.
Ħafna nies iwettqu dawn id-dnubiet, bit-twemmin li jekk verament hemm Alla, allura bilfors huwa Alla Ħanin.
U għalhekk, huma jkomplu jidinbu, sakemm jiġġustifikaw dnubiethom stess, sabiex eventwalment f’għajnejhom, dawn id-dnubiet mejta, jsiru bla ebda konsegwenza.
Se jgħidu li ma kellhomx għażla, għax id-dnub tagħhom kien neċessarju sabiex jibbenefika lil ħaddieħor.
Bid-dnub tal-qtil (delitt) dawn sejrin jgħidu, li kien biex jivvendika l-mewt ta’ ħaddieħor.
Bid-dnub tal-prostituzzjoni se jgħidu, li kien biex jgħinu lill-familja tagħhom ikollha l-ikel fuq il-mejda.
Bid-dnub tal-abort sejrin jgħidu, li dan kien ta’ benefiċċju għall-ħajja tal-omm, u biex jagħmlilha ħajjitha aktar faċli.
Fil-każ ta’ devjazzjoni sesswali se jgħidu, li dan kien biss xi ħaġa naturali.
Fil-każ ta’ dawk li jieħdu sehem fil-prattiċi tal-okkult, dawn se jgħidu li huwa biss gost, u li ma jagħmel l-ebda ħsara, iżda dawn ikunu qed jonoraw lill-Bhima meta jagħmlu dan.
Meta jippersegwitaw lil ħaddieħor, u jeqirdu mhux biss isimhom, iżda l-għajxien tagħhom, dawn se jgħidu li dan kien kastig neċessarju, minħabba d-dnubiet ta’ ħaddieħor.
Meta jeqirdu persuna oħra minn moħħha, minn ġisimha u mir-ruħha, permezz tad-dittatorjat, sejrin jgħidu li dan kien għall-ġid ta’ dik il-persuna stess.
Meta huma jippruvaw joħolqu Sagrament fil-Knejjes tiegħi, ġej minn xi ħaġa abominabbli, se jgħidu li dan kien minħabba d-drittijiet tal-koppji tal-istess sess, li għandhom l-istess drittijiet daqs ħaddieħor.
Meta jkunu qiegħdin jeqirdu l-Knisja tiegħi minn ġewwa, se jgħidu li l-knejjes kollha huma ugwali.
Huma se jużaw l-iskuża li hemm Alla wieħed biss, u dan sabiex ikunu jistgħu jintroduċu knisja pagana.
Dawn huma l-midinbin, l-erwieħ mitlufa li qed nitkellem dwarhom.
Biex tgħinhom lil dawn, l-ewwelnett trid tħares f’għajnejhom.
Ħarsilhom bħala wliedek jew ħutek stess.
Arahom mill-Għajnejn ta’ Alla.
U wara tħoss l-imħabba.
Imma mbagħad, timtela bil-biża’, għax f’qalbek taf, bit-twerwir li dawn se jiffaċċjaw.
Kemm trid titlob biex dawn jaraw il-Verità u malajr.
Kemm trid titlob għas-salvazzjoni ta’ dawn l-erwieħ.
Kull iben u bint Alla, inklużi dawk li r-ruħ tagħhom hija sewda, huwa maħbub.
Dnubiethom iridu jitneħħew, qabel ma wlied Alla kollha jkunu jistgħu jingħaqdu flimkien, bħala familja waħda, fis-Saltna l-Ġdida tiegħi.
Inti, binti, ingħatajt il-grazzji kollha u l-munizzjon kollu meħtieġ, biex teqred id-dnub, u biex issalva, mhux biss lir-ruħek stess, imma wkoll l-erwieħ tal-oħrajn.
Grazzi binti, talli weġibt għas-Sejħa tiegħi.
Għandek ħafna xogħol x’tagħmel.
Ġesù tagħkom