It-Triq Lejn is-Saltna Eterna Tiegħi, Hija Mimlija Ġebel Jaqta’ U Blat Kbir

Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru 2012 @ 17:45

It-Triq Lejn is-Saltna Eterna Tiegħi, Hija Mimlija Ġebel Jaqta’ U Blat Kbir.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Novembru, 2012, fil-5.45pm.


Maħbuba binti l-għażiża, ħalli ma jkun hemm ħadd li jaħseb, li jista’ jibqa’ sod fil-fidi tiegħu, mingħajr ma jkollu għalfejn jiġġieled għas-sewwa.

Hemm ħafna ostakli li jimblokkaw il-fidi tagħkom f’Alla, u dawk biss li jipperseveraw fit-talb, jistgħu jżommu l-fjamma tal-imħabba tagħhom għal Alla mixgħula f’ruħhom.

It-triq lejn is-Saltna Eterna tiegħi hija mimlija ġebel jaqta’ u blat kbir.

Din tixbaħ lil xi ħadd miexi ħafi, għal tul ta’ mili sħaħ, fejn jesperjenza kull qata’, kull uġigħ qawwi, u fejn jitfixkel u jaqa’ ma’ kull pass li jieħu.

Huwa għalhekk li ħafna erwieħ (nies ħajjin) li għandhom intenzjonijiet tajba, jaqgħu mat-triq, għax dan il-vjaġġ huwa ferm diffiċli.

Meta timxu warajja, l-vjaġġ tagħkom dejjem se jkun kawża ta’ wġigħ.

Qatt mhu se jkun faċli sakemm tgħiduli:

“Ġesù ħu l-uġigħ tiegħi, fejjaqni u ħu s-salib tiegħi”.

Huwa biss dakinhar li ssibuha aktar faċli li ssegwu l-Vjaġġ tiegħi lejn is-Saltna Glorjuża tiegħi.

Il-Kruċifissjoni, issa se tiġi esperjenzata f’kull stadju, minn dawk kollha li jħobbu lil Alla u dan sal-aħħar jum.

Fit-tħejjijiet għat-Tieni Miġja tiegħi, l-Insara u dawk kollha li jħobbu lil Missieri, Alla l Aktar Għoli, se jkollhom jissaportu t-tbatija tal-Passjoni tiegħi.

Din is-sofferenza tibda bl-akkużi li Alla ma jeżistix.

Jien ġejt akkużat pubblikament li ma kontx l-Iben ta’ Alla.

Issa, din id-darba, Alla l-Aktar Għoli nniffsu se jiġi miċħud u mwarrab.

Dawk kollha li jemmnu, se jiġu flaġellati u ppersegwitati, hekk kif il-liġijiet pagani taż-żminijiet l-imgħoddija, se jiġu introdotti.

Madankollu, ħafna nies, li ma jafux it-triqat tal-Mulej, mhux se jagħtu kas ta’ kefrija bħal din, għaliex tant se jkunu maħkuma mit-tfittxija tagħhom għall-pjaċiri personali.

Imbagħad se jkun hemm il-kastigi mogħtija lil dawk li jissograw juru lealtà lejn l-uniku Alla Veru fil-pubbliku.

Dawn mhux se jiġu tollerati u se jkollhom jinħbew sabiex jonoraw lil Missieri.

Is-Sagrifiċċju ta’ kuljum, il-Quddies, eventwalment se jieqfu kif imbassar, għaliex il-Profeta Falz se jiddikjara, li ssir forma ġdida tal-Quddiesa, u se jgħid li l-format antik mhux se jibqa’ rilevanti.

Il-Preżenza tiegħi fl-Ewkaristija Mqaddsa se titneħħa u l-Ikel tal-Ħajja ma jibqax jitma’ lil ulied Alla.

U mbagħad tinżel l-Id ta’ Alla fuq dawk il-pagani li jissograw jgħidu li qed jitkellmu f’Isem t'Alla.

L-lealtà tagħhom lejn il-Bhima (l-Antikrist) se tinfluwenza lil ħafna nies, u se jwasslu lil dawk li huma mqarrqa fid-dlam tal-ħabs.

Id-qasmiet se jiżdiedu, sakemm fl-aħħar huma, ulied Alla kollha, se jkollhom jagħmlu l-għażla.

Jew se jsegwu l-illużjoni falza, ippreżentata lilhom mill-Profeta Falz, li se jgħid li jkun qed jitkellem f’Isem Alla, jew se jsegwu l-Verità.

Qatt temmnu li se tkunu b’saħħitkom biżżejjed biex tifilħu  għal din il-pressjoni minn dawk il-Qassisin Foloz li se jirrappreżentaw il-Bhima.

L-influwenza tagħhom se tkun kbira.

Mingħajr l-Għajnuna tiegħi, se tkunu ittantat li tagħtu dahrkom lit-Tagħlim tiegħi.

Stenbħu qabel ma jaslu dawn iż-żminijiet.

Sejjħuli kuljum u itolbu l-Għajnuna tiegħi.


Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM