Lil-Kattoliċi Rumani, Intom Se Jkollkom Bżonn Tiċċelebraw il-Quddies f’Refuġji jew fi Knejjes ta’ Sigurtà.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Novembru, 2012, fl-10 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, issa inti trid tinġabar flimkien mal-oħrajn u flimkien tmorru tfittxu lil dawk l-erwieħ (nies ħajjin) li ma jafux il-Verità. Oħroġ u iftaħ idejk it-tnejn. Sejjħilhom biex jisimgħu l-Verità. Dan minħabba li sew ħajjithom u sew ruħhom jistgħu jintilfu, dlament li ma tgħinuhomx jiġu Għandi. Din il-Kruċjata, il-Missjoni tal-Fdal tal-Knisja fid-dinja, se tkun daqshekk ta’ sfida, daqs dawk il-kruċjati ta’ żmien il-Medju Evu. Din mhux se tinvolvi xi gwerra fiżika, bħal meta armata tiġġieled u tikkkumbatti fi gwerra normali.
Din il-gwerra sejra tkun waħda spiritwali, għalkemm xi gwerer se jkunu xprun għal miljuni ta’ gruppi ta’ talb, li sejrin jitwaqqfu biex idgħajfu l-qawwa tal-Antikrist. Dawn it-Talbiet tal-Kruċjata, inkitbu fis-Sema u jwiegħdu Grazzji straordinarji. Dawn għandhom skop wieħed biss, u dan hu li Jsalvaw l-erwieħ ta’ kulħadd: ta’ kull iben u bint; ta’ kull twemmin; ta’ kull denominazzjoni reliġjuża u tal-atei. Din hija l-akbar Xewqa tiegħi.
Intom, id-dixxipli tiegħi, tinsabu taħt id-Direzzjoni tiegħi. Il-Grazzji li Jiena Nferra’ fuqkom diġà qegħdin jagħtu l-frott. Dalwaqt il-qawwa li Jiena sejjer Nagħti, permezz tal-Grazzji tat-Talb tal-Kruċjata, se jiġbdu eluf ta’ erwieħ ġodda. Forsi taħsbu, kif jista’ grupp żgħir ta’ talb, jikseb konverżjonijiet bħal dawn? It-Tweġiba tiegħi hija sempliċi: Huwa għaliex intom protetti minn Missieri, u ggwidati Minni direttament, li sejrin tirnexxu. Inthom ma tistgħux tfallu.
Filwaqt li sejrin tesperjenzaw ħafna distrazzjonijiet u argumenti, kif ukoll ġlied intern, li huwa mistenni f’dan ix-xogħol, Jiena se nkun maġenbkom il-ħin kollu. Ftakru li issa aħna qegħdin nippreparaw għall-konsegwenzi ta’ dwak l-imsejkna Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) tiegħi, fejn dawn il-konsegwenzi se jkunu minħabba x-xiżma li ġejja, u li se tfaqqa’ fil-Knejjes Insara. Għalhekk, filwaqt li l-Armata tal-Fdal tal-Knisja, se tkun immexxija minn Saċerdoti u Kleru Nisrani ieħor, ħafna mexxeja se jkunu qaddejja lajċi, peress li dan se jkun żmien fejn se jkun hemm nuqqas ta’ Saċerdoti.
Intom, id-dixxipli tiegħi, sejjer ikollkom bżonn tfittxu u taħżnu l-ostji tat-Tqarbin, għaliex wara se jkun diffiċli biex issibuhom. Dawk fostkom, li huma Kattoliċi Rumani, ser ikollkom bżonn tiċċelebraw il-Quddies f’refuġji jew fi Knejjes ta’ sigurtà. Ċerta missjoni, simili għall-persekuzzjoni Nażista Ġermaniża, fejn il-Lhud ġew ikkaċċjati u maqtula, issa se tinħoloq biex teqred lil dawk hekk imsejħa tradituri tal-Knisja tad-Dinja Ġdida, u li sejrin jgħidulkom li hija għar-reliġjonijiet kollha. Intom sejrin tiġu akkużati li niġġistu l-quddiesa, jiġifieri l-preżentazzjoni l-ġdida tagħhom tal-quddiesa, fejn Jien mhux sejjer inkun preżenti fl-Ewkaristija Mqaddsa, għaliex din se tkun abominazzjoni f’Għajnejn Missieri.
Ġismi u Demmi sejrin ikunu preżenti fil-Quddies li jsir biss f’dawk iċ-ċentri u r-refuġji fejn twiegħdu lealtà għat-Transubstanzjazzjoni, sabiex is-Sagrament tas-Sagrifiċċju Mqaddes tal-Quddiesa, jkun awtentiku u aċċettat minn Missieri. Jiena sejjer inkompli nagħtikom struzzjonijiet, hekk kif tkomplu twaqqfu l-Gruppi tat-Talb ta’ Ġesù lill-Umanità, madwar id-dinja. Ħafna diġà qegħdin jiġu ffurmati kuljum.
Jiena Nirringrazzja lil dawk li segwew l-Istruzzjonijiet tiegħi u qegħdin juru ubbidjenza Lejja. Araw li tibqgħu fil-paċi. Jeħtieġ li tkunu aktar kunfidenti. Qisu li twarrbu l-biża’ fil-ġenb, għaliex din mhix ġejja Minni. Issa aħna qegħdin nikbru u ninfirxu ma’ kull rokna tad-dinja. Issa dalwaqt se jiġri kollox u meta dan iseħħ, it-talb sejjer jibdel id-dinja permezz tal-konverżjoni.
Jien Inħobbkom ilkoll. Jiena Grat u nħossni Kommoss li weġibtuni immedjatament permezz ta’ din il-Missjoni importanti, l-akbar waħda ippjanata u maħduma, sabiex iġġib il-midinbin kollha fid-Dar tal-Missier, u jkunu Salvati mill-influwenza u t-tentazzjonijiet tal-Bhima.
Ġesù tagħkom