Numru ta’ Avvenimenti Rigward il-Knejjes li Jonorawni fid-Dinja, Issa Se Jibdew Joħorġu fil-Beraħ.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Novembru, 2012, fit-8.30 pm.
Għażiża għarusa mistika tiegħi, maħbuba binti l-għażiża, il-provi tiegħek tawk abbiltà ġdida kif ukoll il-passjoni meħtieġa, biex tmiss il-qlub ta’ ħafna.
Dan huwa wieħed mill-modi kif Jien se mmiss l-erwieħ (nies ħajjin) ta’ dawk li għandhom bżonn il-Grazzji tiegħi.
Jiena se nagħmel dan, permezz tax-xogħol tiegħek għalija, sabiex il-konverżjoni tkun tista’ tinfirex malajr.
Matul dan iż-żmien, numru ta’ avvenimenti rigward il-Knejjes, li jonorawni fid-dinja se jibdew joħorġu fil-beraħ.
Ix-xiżma (qasma) fil-Knisja Kattolika tiegħi dalwaqt se ssir pubblika.
Meta dan isir, se jkun fost iċ-ċapcip ta’ dawk (il-Qassisin) li sseparaw il-Verità tat-Tagħlim tiegħi mill-Kmandamenti stabbiliti minn Missieri.
L-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ din l-iskema kbira ħadu xi żmien, iżda dalwaqt se jħabbru x-xiżma quddiem il-midja tad-dinja.
Ħafna, jgħajtu b’leħen għoli, jippreżentaw gideb, mhux biss kontra l-liġijiet stabbiliti mit-Tagħlim tiegħi.
Dak li verament iridu huwa li joħolqu alla ġdid.
Il-figura prominenti ġdida tal-Knisja tiegħi se tiġi promossa bħal f’kull elezzjoni ta’ mexxejja politiċi prominenti.
Dawn se jġegħluk temmen li l-Kliem tal-qedem huwa qarrieqi.
Imbagħad se jgħidulek biex ma temminx fihom.
Se jibdlu l-mod ta’ kif kienu jgħixu t-Tagħlim tiegħi u jibdlu l-mod kif jonorawni.
Issa se jwarrbu l-Liġijiet tiegħi fil-ġenb, u se jqimu liġijiet li ħolqu huma stess.
Se jibdlu l-Wegħdiet Solenni tagħhom biex jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-bini ta’ tempju ġdid: it-tempju l-ġdid iddedikat għall-ħakma tal-Profeta Falz.
Imbagħad ma jibqgħux ikunu Qaddejja (Saċerdoti) tiegħi, għax se jibdlu l-lealtà u jonoraw lill-Profeta Falz.
Imbagħad se jqimu alla falz, kunċett ġdid fjamant, li se jippermetti li ċerti liġijiet ta’ Alla jiġu mneħħija u sostitwiti b’oxxenitajiet quddiem Għajnejja.
Din hija t-Twissija tiegħi lil dawk il-Qassisin fostkom li se jitbiegħdu mill-Knisja Kattolika.
Meta tieqfu tafdaw Fija bis-sħiħ, raskom se ddur biex temmnu fil-gideb.
Meta tafdaw ħakkiema qarrieqa, se taqgħu fi dnub tal-waħx.
Intom se tonoraw il-Bhima (l-Antikrist), li se jniġġes il-Knisja tiegħi billi jitfa’ l-kuruna tax-xewk fuq Ras il-Knisja tiegħi, u l-Vigarju Qaddis Veru tiegħi, il-Papa Benedittu.
Intom se tbatu ħafna meta taqdu lill-Bhima, għax tkunu qed iċċaħħdu lil Alla minn uliedu.
Erġgħu lura għall-għeruq veri tagħkom.
Tħallux lill-Knisja tiegħi titniġġes bid-dnubiet ippjanati minn nies li jridu jeqirdu l-Kristjaneżmu u reliġjonijiet oħra, li jonoraw lil Missieri.
Intom, il-Qaddejja Sagri tiegħi, li ma tobdux l-Ordnijiet Sagri tagħkom, aqtgħu qalbkom minni, filwaqt li dawn il-qarrieqa se jisirqu l-erwieħ tagħkom.
L-akbar dnub li intom se tagħmlu huwa li tonoraw alla falz.
Dan, liebes ġojjelli, se jkun sabiħ, sottili u jifhem sew fit-Tagħlim tal-Ktieb ta’ Missieri.
Intom se taqgħu taħt is-seħer tiegħu.
Huwa se jgħawweġ it-Tagħlim tiegħi sabiex isir ereżija.
Din ir-reliġjon, alternattiva għall-Verità ta’ Alla, ma tiswa xejn.
Madankollu, din se jkollha l-faxxinu li tiġbed in-nies lejha, imħabba, dehra tal-għaġeb, u tkun mżejjena b’deheb ġdid u ħaġar prezzjuż, se tidher bħala r-Reliġjon Dinjija l-ġdida fuq l-artali kollha.
Lil dawk il-Qassisin fidili, ngħidilkom dan.
Se nbierikkom bil-Grazzji biex tifhmu l-Verità l-ħin kollu.
Idoli bħal dawn, ippreżentati lilkom bħala l-Verità, huma biss tafal.
Huma magħmula minn oġġetti tal-injam.
Mhuma xejn.
M’għandhom l-ebda tifsira.
L-ebda Grazzja ma tiġi minnhom.
Alla, l-Uniku Alla Veru, sempliċement mhux se jkun preżenti fil-knejjes tagħhom.
Alla l-Ħaj biss jista’ jkun preżenti fil-Knejjes tiegħi.
Meta Alla l-Missier jara dan l-insult finali, Huwa se jeżilja lil dawk li jġibu dawn il-prattiki pagani b’mod ħaj.
Imbagħad Huwa se jitlob spjegazzjoni mingħand dawk li jikkawżaw ix-xiżma fil-Knisja Mqaddsa tiegħu fid-dinja, dawn l-istess Qaddejja, li b’arroganza jiċħdu l-Kelma t’Alla daqshekk malajr.
Meta jiffaċċjawni, matul it-Twissija, se jkunu jafu kemm weġġgħu lil Missieri.
L-ebda persuna jew Qaddej Sagru, m’għandu xi kontroll, għax hemm Sid wieħed biss.
Alla wieħed biss.
Qed jintroduċu alla magħmul mill-bniedem.
Hu (alla falz) ma jeżistix, iżda xorta waħda se jisirquli l-Merħla tiegħi.
Se jingħataw kull grazzja u jintwerew ħafna paċenzja.
Jekk ma jindmux, se jinqerdu.
Kull wieħed minnkom se jitħallas għal kull ruħ li tliftu għalija.
Ġesù tagħkom