Jiena Sejjer Intaffi Ħafna mit-Tbatija Mbassra, Permezz tal-Qawwa tal-Gruppi ta’ Talb tal-Kruċjata Tiegħi

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2013 @ 20:00

Jiena Sejjer Intaffi Ħafna mit-Tbatija Mbassra, Permezz tal-Qawwa tal-Gruppi ta’ Talb tal-Kruċjata Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Jannar, 2013, fit-8 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, Jiena nixtieq nagħti struzzjonijiet lill-Gruppi tiegħi tat-Talb tal-Kruċjata, sabiex intom tkunu attenti ħafna meta tistabbilixxu ruħkom fil-pajjiżi tagħkom. Intom tridu iżżommu l-Ilma Mbierek viċin tagħkom, ikollkom il-Kurċifiss tiegħi preżenti u tirreċitaw din it-Talba speċjali tal-Kruċjata, sabiex Tbierek u Tipproteġi l-Grupp ta’ Talb tal-Kruċjata tagħkom.

It-Talba ta’ kuljum tal-Kruċjata (96).
Talba biex Tbierek u Tipproteġi l-Grupp Tagħna tat-Talb tal-Kruċjata:

(Tingħad qabel u wara t-Talbiet tal-Kruċjata u l-Litaniji)

O Ġesù, Wisq Għażiż tiegħi, jekk jogħġbok, berikna u pproteġina, l-Grupp tiegħek tat-Talb tal-Kruċjata, biex insiru immuni għall-attakki vili tax-Xitan, u kwalunkwe spiriti mniġġsa, li jitturmentawna f’din il-Missjoni Sagra, biex insalvaw l-erwieħ. J’alla nibqgħu leali u qawwija, hekk kif qed nipperseveraw li nxandru l-Isem Imqaddes tiegħek, quddiem id-dinja, u qatt ma nċedu l-ġlieda, li nxerrdu l-Verità tal-Kelma Mqaddsa tiegħek. Ammen.

Jekk jogħġobkom irreċitaw din it-talba qabel u wara kull Laqgħa ta’ Talb. Irrid Ngħidilkom ukoll, lilkom, għeżież dixxipli tiegħi, sabiex tiżguraw li t-talb jifforma l-bażi ta’ kull laqgħa tagħkom. Ma nixtieqx li tikkontemplaw in-negattività jew toħolqu l-biża’ bejnietkom, għaliex Jiena miegħi Nġib biss l-Imħabba u l-Ħniena.

Il-Messaġġi tiegħi huma mimlijin Tama u Jiena sejjer Intaffi ħafna mit-tbatija mbassra, permezz tal-qawwa tal-Gruppi tiegħi ta’ Talb tal-Kruċjata tiegħi. L-iskop ta’ din il-Missjoni hu li Jsalvaw l-erwieħ (nies ħajjin). Qatt ma kien hemm skop ieħor. Il-Messaġġi tiegħi qegħdin jingħataw sabiex jilluminawkom, sabiex javżawkom dwar il-perikli li jinfuwenzaw il-fidi tagħkom, u sabiex jippreparawkom għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi.

Morru issa, fil-Paċi. Jiena sejjer Inkopri kull Grupp ta’ Talb tal-Kruċjata bl-Abbundanza tiegħi ta’ Grazzji, inkluż id-Don tad-Dixxerniment.


Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM