It-Talb Sejjer, u Jista’ Isalva lill-umanità

Il-Ħamis, 7 ta’ Marzu 2013 @ 11:05

It-Talb Sejjer, u Jista’ Isalva lill-umanità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Marzu, 2013, fil-11.05 am.


Maħbuba binti l-għażiża, huwa importanti li d-dixxipli tiegħi fid-dinja jifhmu, kif it-talb sejjer, u jista’ isalva lill-umanità. Il-qawwa tat-talb, u speċjalment ir-reċita tar-Rużarju Mqaddes, li jwassal sabiex il-Bhima jsir impotenti, ma tistax tiġi sottovalutata. Sabiex issalvaw aktar erwieħ (nies ħajjin) tridu wkoll tirreċitaw il-Kurunella tal-Ħniena Divina.

Agħżlu t-Talb tal-Kruċjata li Jiena nagħtikom u għiduhom, sabiex tkunu tistgħu tiffokaw fuq talbiet differenti waqt kull laqgħa tal-Grupp ta’ Talb. Jekk, pereżempju, qegħdin titolbu t-Talb tal-Kruċjata għall-Grazzja tal-Immunità, agħmlu dan b’mod, li l-Grupp tat-Talb, dakinhar, ikun jista’ jikkonċentra fuq għażla ta’ Talb tal-Kruċjata, li jsejjaħ għall-protezzjoni ta’ Alla għall-erwieħ. Imbagħad f’ġurnata oħra, iffokaw fuq għażla ta’ Talb li ingħatawlkom għall-protezzjoni tas-Saċerdoti u tal-Kleru.

Dawn il-Gruppi ta’ Talb tal-Kruċjata, meta jiġu ffurmati madwar id-dinja kollha, sejrin isiru l-armatura meħtieġa biex jegħleb lill-Għadu, b’aktar modi differenti milli tistgħu temmnu lu hu possibbli. Jiena sejjer inkompli nagħtikom ir-Rigali ta’ Talb ġdid, li jġibu magħhom mirakli speċjali. Mingħajr intervent bħal dan, Jiena ma stajtx Insalva l-erwieħ li tant nixtieq.

Morru issa u ppjanaw il-laqgħat tat-Talb tal-Kruċjata tagħkom, ibbażati fuq il-format mogħti lilkom, imma aqsmuhom f’partijiet, sabiex tkunu tistgħu tiffokaw fuq intenzjonijiet partikolari. M’hemmx bżonn li tirreċitaw it-talb kollu flimkien, għalkemm inħeġġeġ li tirreċitaw kemm jista’ jkun minnhom matul kull ġimgħa.

Intom Lili ġġibuli tant ferħ u faraġ, għeżież segwaċi prezzjużi tiegħi. Nagħtikom il-Barka tiegħi ta’ Saħħa u Kuraġġ, hekk kif intom tkomplu t-tfittxija tagħkom sabiex issalvaw l-erwieħ. Inħobbkom.


Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM