Kruċjata ta’ Siegħa Talb: Sezzjoni EWROPA. Għat-Tama u Għal Dawk Kollha li Jmexxu l-Knisja Kattolika

Kruċjata ta’ Siegħa Talb: Sezzjoni EWROPA. Għat-Tama u Għal Dawk Kollha li Jmexxu l-Knisja Kattolika
Is-Sibt
11 Apr 2026

20:00
Greenwich Mean Time (Londra)

Kopertura : Reġjonali Aċċess : Limitat

Kruċjata ta’ Siegħa Talb: Sezzjoni EWROPA
Għat-Tama u Għal Dawk Kollha li Jmexxu l-Knisja Kattolika.

Ave Maria!

Għeżież Suldati fit-Talb,

Aħna lkoll mistiedna sabiex nattendu Siegħa Talb tal-Kruċjata Globali ta’ Ġesù lill-Umanità, on-line, nhar is-Sibt, 11 ta’ April, 2026, fid-9 ta’ filgħaxija, ħin ta’ Malta.

It-Tema hija: Għat-Tama u Għal Dawk Kollha li Jmexxu l-Knisja Kattolika

Link biex tidħol għall-laqgħa:  https://bit.ly/EuropeanRegionPrayer2025
Numru tal-Webinar tal-laqgħa: 88389458835

Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Marzu, 2013, fl’10.30 pm.
Omm is-Salvazzjoni: Għidu r-Rużarju Tiegħi Għal Mexxejja Kollha f’Ruma.

Jekk jogħġobkom, itolbu għat-tama u għidu r-Rużarju Mqaddes tiegħi kuljum, għal mexxeja kollha f’Ruma. Hemm bżonn li titolbu għal dawk kollha li jmexxu l-Knisja Kattolika. Jekk jogħġobkom, inkludu l-bniedem li qiegħed fuq is-Siġġu ta’ Pietru, għaliex għandu bżonn kbir tat-talb tagħkom. Itolbu li hu jaċċetta l-Verità tal-Mewt ta’ Ibni fuq is-Salib, u li jiftaħ qalbu għat-talbiet ta’ Ibni, għall-Ħniena lejn ulied Alla kollha. Ma jimpurtax kemm huma diffiċli dawn iż-żminijiet fil-Knisja Kattolika Rumana, il-ħażen ma jistax, u mhux se jirbaħ kontra l-Qawwa ta’ Alla.

L-Imħabba tiegħi, bħala Omm l-ulied kollha ta’ Alla, tilħaq lil kulħadd, u Jiena qatt mhu sejra Nieqaf mit-Tfittxija tiegħi sabiex Inġibilkom it-Tama, għeżież uliedi. It-talb qiegħed jinstema’ fil-Ġenna, u intom qatt m’għandkom taqtgħu qalbkom, għaliex il-Ħniena ta’ Ibni hija akbar milli intom tistgħu timmaġinaw.

L-Għażiża Ommkom, Omm tas-Salvazzjoni


Tista' tidħol ukoll għal din il-laqgħa tat-talb permezz tal-kalendarju tal-komunità minn network globali: https://jtmglobal.network/community/calendar 

Jekk jogħġobkom stiednu lill-familjari u l-ħbieb tagħkom sabiex jingħaqdu magħna nitolbu u nirriflettu fuq it-Tama u t-Tmexxija tal-Knisja Kattolika.

Ġesù, aħna nafdaw Fik!

It-Tim tal-Amministrazzjoni, Sezzjoni Ewropea, tal-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità


Il-link għal dan l-avveniment huwa disponibbli biss għall-dawk li jilloggjaw. Jekk jogħġbok illoggja jew oħloq kont

Illoggja Oħloq kont

Id-data u l-ħin tal-avveniment f’żoni tal-ħin oħra

Il-ħin taż-żona Data u ħin tal-bidu Data u ħin tat-tmiem
GMT-07:00 - Ħin ta’ l-Istati Uniti (Los Angeles) Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 12:00 Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 13:00
GMT-04:00 - Ħin ta’ l-Istati Uniti (New York) Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 15:00 Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 16:00
GMT+00:00 - Greenwich Mean Time Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 19:00 Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 20:00
GMT+01:00 - Greenwich Mean Time (Londra) Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 20:00 Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 21:00
GMT+02:00 - Ħin Ċentrali Ewropew (Berlin) Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 21:00 Is-Sibt, 11 ta’ April 2026 22:00
GMT+08:00 - Ħin ta’ Singapore (Singapore) Il-Ħadd, 12 ta’ April 2026 03:00 Il-Ħadd, 12 ta’ April 2026 04:00
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM