Katina tat-Talb Globali għall-Protezzjoni: Omm is-Salvazzjoni u Medjatriċi

Katina tat-Talb Globali għall-Protezzjoni: Omm is-Salvazzjoni u Medjatriċi
Is-Sibt
09 Mej 2026

20:00
Greenwich Mean Time (Londra)

Kopertura : Reġjonali Aċċess : Limitat

Katina tat-Talb Globali għall-Protezzjoni: Omm is-Salvazzjoni u Medjatriċi.


Ave Maria!

Il-paċi magħkom għeżież suldati fit-talb,

Aħna lkoll mistiedna sabiex nattendu siegħa talb tal-Kruċjata Globali, l-Katina ta’ Protezzjoni ta’ Ġesù lill-Umanità, on-line, nhar is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026, fid-9 ta’ filgħaxija, ħin ta’ Malta.

It-tema għal dan ix-xagħar hija: Omm is-Salvazzjoni u Medjatriċi

Link biex tidħol għall-laqgħa:  https://bit.ly/EuropeanRegionPrayer2025
Numru tal-Webinar tal-laqgħa: 88389458835 


Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Awwissu, 2012, fis-1 am.
Dan Hu l-Ktieb Tiegħi. Dan Kelmti. Huwa l-Wegħda Tiegħi.
Ommi Għandha Rwol importanti fis-salvazzjoni tal-erwieħ. Hija l-Ko-Redentriċi, il-Medjatriċi tal-Grazzji, u l-Avukata. Dan ifisser li Ommi l-Imbierka,Ġiet Magħżula minn Alla sabiex Tgħinni, Lili, Binha, fil-pjan finali tas-salvazzjoni. Ir-Rwol Tagħha f’dan il-perjodu sinifikanti fiż-żmien,ma huwiex mifhum mill-bniedem.


Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Ġunju, 2014, fis-2.13 pm.
Omm is-Salvazzjoni: Jum il-Festa tal-Omm is-Salvazzjoni, Se Jkun l-Aħħar Jum Mogħti Lili, Jiena, Omm Alla.
Ir-Rwol tiegħi bħala Ko-Redentriċi, fl-Għajnuna tiegħi lil Ibni, fil-Pjan kbir tiegħu li Jgħaqqad lil kulħadd u Jġibilhom il-Ħajja Eterna, issa ġie Stabbilit. Bħala Omm is-Salvazzjoni, il-Poteri kollha Assenjati Lili,sabiex Ngħaffeġ ras is-Serp,ifissru li l-qawwa tiegħu issa sejratmajna malajr. Huwa għalhekk li hu, il-Qarrieqi, jistmerr din il-Midalja u se juża kull ruħ li jinfesta, ħalli jgħajjtulha kemm jifilħu ​​oxxenitajiet u jiġġieldulha.

Uliedi, ftakru dak li Għedtilkom, sabiex Lili dejjem issejħuli, Jiena Ommkom, sabiex Niġi għall-Għajnuna tagħkom fi żminijiet ta’ bżonn kbir. Jiena dejjem Ninterċedi, f’isimkom, sabiex Inġibilkom il-Paċi u l-Faraġ f’kull ħin fit-tfittxija tagħkom, ħalli tersqu qrib Ibni.


Tista' tidħol ukoll għal din il-laqgħa tat-talb permezz tal-kalendarju tal-komunità minn network globali: https://jtmglobal.network/community/calendar 

Jekk jogħġobkom stiednu lill-familjari u l-ħbieb tagħkom sabiex jingħaqdu magħna nitolbu u nirriflettu fuq Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni u Medjatriċi.

Ġesù, aħna nafdaw Fik!


It-Tim tal-Amministrazzjoni, Sezzjoni Ewropea, tal-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità.


Il-link għal dan l-avveniment huwa disponibbli biss għall-dawk li jilloggjaw. Jekk jogħġbok illoggja jew oħloq kont

Illoggja Oħloq kont

Id-data u l-ħin tal-avveniment f’żoni tal-ħin oħra

Il-ħin taż-żona Data u ħin tal-bidu Data u ħin tat-tmiem
GMT-07:00 - Ħin ta’ l-Istati Uniti (Los Angeles) Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 12:00 Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 13:00
GMT-04:00 - Ħin ta’ l-Istati Uniti (New York) Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 15:00 Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 16:00
GMT+00:00 - Greenwich Mean Time Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 19:00 Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 20:00
GMT+01:00 - Greenwich Mean Time (Londra) Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 20:00 Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 21:00
GMT+02:00 - Ħin Ċentrali Ewropew (Bratislava) Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 21:00 Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 22:00
GMT+08:00 - Ħin ta’ Singapore (Singapore) Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju 2026 03:00 Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju 2026 04:00
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM