Oqgħodu Attentu mill-Profeti Foloz

    Oqgħodu Attentu mill-Profeti Foloz

Kopertura : Glabali

Għeżież Familja tal-Fdal tal-Knisja,
 
Jalla l-Barka u l-Paċi t’Alla jgħaqqduna fl-imħabba u fl-armonija.
 
Numru ta’ Profeti Foloz u allegati ‘viżjonarji’ qed jikkawżaw ħsara kbira lill-Missjoni tal-Ktieb tal-Verità fl-Ewropa, fir-reġjuni tal-madwar u globalment.
 
Il-perikli li dawn qed joħolqu għall-Ruħna ma jistgħux ikunu akbar.
 
Aħna konxji li minn tal-inqas, erba’ Profeti Foloz u viżjonarji qed jinfluwenzaw lis-segwaċi ta’ din il-Missjoni Globali ta’ Ġesù lill-Umanità. Saħansitra, f’ċerti każi, dawn qed anke jitolbu donazzjonijiet finanzjarji mis-segwaċi ta’ din il-Missjoni biex jiġġustifikaw it-taprsi ‘awtentiċità’ tagħhom. Ħadd minn dawn in-nies ma jirrappreżenta l-Missjoni tagħna.
 
Qed titqassam ukoll, stampa b’xejn, li turi lil-Alla l-Missier, b’Ġesù fuq is-Salib u li qed jpoġġi fuq ħoġru it-Talba tas-Siġill flimkien mal-immaġni tal-Ħniena Divina.


DIN L-ISTAMPA FALZA MA TWASSALX IL- BARKA U L-PROTEZZJONI OFFERTA MINN ALLA L-MISSIER!
 
Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tat-Tnejn, 20 ta’ Frar, 2012, f' 00:20.
Għax Jien issa ser nagħtikom is-Siġill tal-Imħabba u l-Ħarsien tiegħi.
B’dan taħarbu minn quddiem dawk li se jġibulkom it-tbatija f’pajjiżkom stess.
Is-Siġill tiegħi huwa l-Wegħda tiegħi tas-Salvazzjoni.

"B’dan is-Siġill, il-Qawwa tiegħi tikber fik u l-ebda ħsara ma tiġrilek. Dan hu miraklu wliedi u dawk biss li jmilu lilhom infushom quddiemi, Lili, Jien, Sidhom u l-Ħallieq ta’ kollox, bħat-tfal żgħar bl-imħabba f’qalbhom għalija, jistgħu jiġu mbierka b’dan id-Don Divin...
Il-Maħbub Missierkom fis-Smewwiet, Alla tal-Għoli”.


IKUNU GĦASSA GĦAL KULL ALLEGAT MESSAĠĠ LI JIKKONTRADIXXI DAWK MILL-KTIEB TAL-VERITÀ!
 
Il-profeti u l-viżjonarji ġenwini qatt ma jaffiljaw ruħhom ma’ xi missjoni oħra, peress li kull missjoni hija unika u waħda qatt ma tgħaddi minn fuq oħra. Ftakar li Ġesù wissina dwar il-​perikli jekk aħna nsegwi messaġġi foloz.


Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tal-Ħamis, 22 ta’ Awwissu, 2013, fil-23:05.

“DAWN IL-MESSAĠĠI QATT MA GĦANDHOM JIĠU MQABBLA MA’ XI MESSAĠĠI OĦRA LI ISSA STESS QED JINXTERDU MA’ KULLIMKIEN, SABIEX JIKKUNTRADIXXU L-KELMA MQADDSA TIEGĦI.

Missieri qatt ma kien ser jippermettili li nirrivela l-kontenut tal-Ktieb ta’ l-Apokalissi lil ħaddieħor, ħlief lis-seba’ messaġġiera, imma dan il-jum issa wasal…
 
Din il-Missjoni hija l-aħħar waħda. Qed inwissik biex tagħti kas il-Kelma tiegħi, issa, fil-preżent. Il-Kelma tiegħi biss, mogħtija lilek permezz ta’ dawn il-Messaġġi, ser tiggwidak waqt il-persekuzzjoni.
 
Ma’ dwn il-Messaġġi, qed inwasslilkom Grazzji kbar. Qatt m’għandkom tinsulentawni billi tikkontaminawhom, meta tisfidaw il-Kelma tiegħi, meta tqabblu l-Messaġġi tiegħi mal-falsita tal-Profeti Foloz…
 
Għandek tkun taf, li dawk il-messaġġi li jikkontradixxu dawn il-Messaġġi tiegħi u jistqarru li ġejjin minn Alla, dan huwa impossibbli…”
 
 
Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tas-Sibt, 22 ta’ Settembru 2012, fit-15:30.

“Oqgħodu attenti mill-Profeti Foloz. Dawk li ma jindunawx li huma foloz, jistgħu jikkawżaw ħsara terribbli billi jħawwdu l-Kelma Mqaddsa Tiegħi...
Il-Profeti Foloz issa huma lesti biex jaqbżu fuq din il-Missjoni. Qatt m’għandu jkollkom x’taqsmu magħhom...
Dixxipli tiegħi, jekk tħallu lilkom infuskom tinġibdu lejn dawn il-Profeti Foloz, issiru priża faċli għall-Antikrist u l-Profeta Falz tiegħu…”


Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tat-Tnejn, 13 ta’ Awwissu 2012, fis-19:45.

“Binti, dalwaqt madwar id-dinja kollha, ħafna mill-profeti, viżjonarji u dawk li jaraw x’se jiġri l-quddiem, mhux se jibqgħu jirċievu messaġġi aktar, sabiex iċedu posthom għal dawn il-Messaġġi tal-akbar importanza. Ħafna mix-xogħol tiegħi, permezz tal-viżjonarji, dalwaqt se jieqaf, sabiex iħalli spazju għal Leħen tal-Ispirtu s-Santu mogħti lilek, il-Profeta tal-Aħħar taż-Żminijiet”. 


Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tat-Tnejn, 13 ta’ Mejju, 2013 fl-16:38.

“Din il-Kelma tiegħi hija t-tmiem. Hija l-aħħar waħda. Ma jistax ikun hemm Kelma oħra. Kull min jisqarr li qed jitkellem f’Ismi, peress li din il-Missjoni bdiet f’Novembru tas-sena 2010, m’għandux l-awtorità li jagħmel dan, għax mhux ġej Minni.”


KUNU GĦASSA GĦAL KULL ALLEGAT MESSAĠĠ IEĦOR LI JIKKONTRADIXXI DAK MIKTUB FIL-KTIEB TAL-VERITÀ!


Ġesù Dwar l-Evalwazzjoni tal-Profeti u tal-Viżjonarji Veri:


• Dawk li jitkellmu mal-Omm il-Maħbuba tiegħi, fil-biċċa l-kbira tagħhom, ibassru d-dehriet tagħhom bid-data u l-ħin.
• Dawk li jattendu għad-dehriet bħal dawn, ikollhom xhieda permezz ta’ ħafna inċidenti.
• Il-prova tal-Profeta Veru huwa li l-profezija dwar il-futur, titwettaq.
• Il-Profeti Veri jgħallmuk kif tgħix ħajtek f’Ismi sabiex tikseb is-Salvazzjoni.
• Dawn il-Messaġġi mhux biss isemmu t-Tagħlim tiegħi, imma jirrelataw mal-Kelma tiegħi u huma mimlijin imħabba.
• Il-Profeti Ġenwini tiegħi jkunu mibegħda. Itolbu għalihom. Itolbu biex il-Kelma tiegħi mogħtija lil dawn il-Profeti, ma tiġix miċħuda.
• It-test tal-Profeta Awtentiku jinsab fit-Talb mogħti lilhom għall-umanità.
 
 

Ġesù Dwar il-Perikli li Nsegwu l-Profeti u l-Viżjonarji Foloz:


• Ħalli ma jkun hemm ħadd li jipprova jwaqqafni milli nagħti l-Ħajja Eterna lill-erwieħ, għaliex inkella ħajtu stess tispiċċa.
• Oqgħodu attenti għal kull mibegħda, li dawn il-Viżjonarji Foloz joħolqu fost is-segwaċi tagħhom, meta jiġġieldu, jisseparaw u jifirdu l-familji. Il-kulti li joħorġu mix-xogħol ta’ dawn Viżjonarji Foloz issa se jinfirxu mad-dinja kollha, sabiex jikkawżaw konfużjoni u ansjetà fost dawk li jemmnu.
• Viżjonarji Foloz bħal dawn, li ħafna minnhom mhumiex ġejjin minn Alla, jibdew billi jħajruk għal ħażen, sabiex imbagħad jikkontrollawk, sakemm fl-aħħar, jitfgħuk  f’sodda ta’ gideb u qerq.
• Dixxipli tiegħi, jekk tħallu lilkom infuskom tinġibdu lejn dawn il-Profeti Foloz, issiru priża faċli għall-Antikrist u l-Profeta Falz tiegħu.
• Mal-ewwel daqqa t’għajn, kliemhom ikun jidher qisu veru. Il-lingwaġġ li jużaw ikun sofistikat, b’mħabba u maħsub sew, iżda jkun qed jaħbi l-qerq.
• Oqgħodu attenti mit-Talb Falz li jista’ jiġi ppreżentat lilkom, għax dan ma jkunx ispirat mill-Ispirtu s-Santu u għandu jiġi evitat.
• Dawn huma l-perikli tal-Profeti Foloz, li l-għan tagħhom huwa li jdawwru l-Verità tat-Tagħlim tiegħi b’tali mod, li lanqas ikun jidher li huwa hekk.


Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tal-Erbgħa, 4 ta’ Diċembru 2013, fl-10:30.

“Dawn huma l-uniċi Messaġġi, li pubblikament jiddikjaraw il-Verità ta’ dawk iż-Żewġ Profani (ix-Xitan u l-Antikrist) li se jaqsmu d-dinja fi tnejn permezz tal-apostasija kbira tagħhom M’inti ser tisma’ din il-Verità minn imkien ieħor fir-rigward tat-Tieni Miġja tiegħi, għax ħadd minnkom ma ngħata l-Awtorità biex ikellem lid-dinja kollha fl-Isem Dak li Ħalaqkom.
 
“Il-Verità tħejjik biex tgħarbel ir-realtà taż-żminijiet diffiċli mbassra fil-Ktieb ta’ Missieri. Dan qed jingħatalek biex iqawwik. Imma l-Profeti Foloz li qed jħufu fostkom, ser iħawdukom u jgħidulkom li kollox sejjer tajjeb u qaddis, meta fil-fatt kollox sejjer ħażin u profan. Huma ser jipproteġu l-ilpup li jridu jibilgħu l-erwieħ tal-ulied ta’ Alla. Dak kliemhom kollu mħabba u l-kwotazzjonijiet tagħhom mill-Iskrittura Mqaddsa jservu biss biex iqarrqu bikom. Madankollu, ħafna minnkom jippreferu jħaddnu l-gideb milli jiffaċċjaw il-Verità.
 
“Qatt tipprova tfixkel it-triq tal-Ministeru t’Alla, għax inkella fl-aħħar jum, is-Smewwiet jinfetħu u int tkun l-ewwel wieħed li tintlaqat, flimkien mal-Profeta Falz u l-Bhima. Il-kastig jasal fuq dawk kollha li jsostnu li ġejjin f’Ismi u li jaqdu lil dan l-uniku skop. Jiġifieri t-tbagħbis u t-tibdil tal-Kelma ta’ Alla...” Is-Salvatur tiegħek Ġesù Kristu.


L-Armata tal-Fdal ta’ Kristu se Tirbaħ!
 
Ġesù, aħna nafdaw Fik!
 
It-Tim tal-Amministrazzjoni tal-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità 


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM