Attenti Dwar Kont Falz Fuq Facebook
Kopertura : Glabali
Kont falz fuq Facebook li qed juża l-identità ta’ Marija Ħniena Divina mingħajr permess.
Għeżież Familja tal-Fdal tal-Knisja,
Jekk jogħġobkom, tajjeb li tkunu tafu, li xi ħadd qed jibgħat Talbiet għall-Ħbiberija (Friend Requests) fuq Facebook lill-membri tal-Missjoni tagħna ta’ Ġesù lill-Umanità, fejn qed juża l-istess isem ta’ Marija Ħniena Divina.
Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tat-Tnejn, 13 ta’ Mejju, 2013 fl-16:38.
“Din il-Kelma tiegħi hija t-tmiem. Hija l-aħħar waħda. Ma jistax ikun hemm Kelma oħra. Kull min jisqarr li qed jitkellem f’Ismi, peress li din il-Missjoni bdiet f’Novembru tas-sena 2010, m’għandux l-awtorità li jagħmel dan, għax mhux ġej Minni.”
Ġesù Tiegħek.
Din l-ammonizzjoni hija importanti ħafna, għaliex ħafna erwieħ jinsabu f’periklu li jitbiegħdu mill-Ktieb tal-Verità. Jekk jogħġobkom żommu għajnejkom miftuħin u aqraw l-avviż tal-Missjoni dwar il-PROFETI FOLOZ li ntbagħat dan l-aħħar (Post 1119).
Din mhix waħda mill-paġni uffiċjali tal-Missjoni tagħna fuq Facebook u għalhekk jekk jogħġobkom araw li ma jkollkomx x’taqsmu magħha.
DIN IL-PAĠNA FUQ FACEBOOK MHUX APPROVATA MINN MARIJA ĦNIENA DIVINA, JEW AFILJATA MAL-MISSJONI TA' ĠESÙ LILL-UMANITÀ U MAL-KTIEB TAL-VERITÀ.
Alla Jberikkom.
It-Tim tal-Amministrazzjoni tal-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità