Seminar Fiżikament Preżenti tal-Ktieb tal-Verità – l-Italja
Kopertura : Glabali
Ikunu mfaħħra Ġesù u Marija!
Il-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità, bil-qalb tixtieq tistiednek biex tingħaqad magħna għas-Seminar tal-Ktieb tal-Verità fiżikament preżenti, li ser isir fi Fiorano Modenese (Mo), l-Italja.
It-tema tas-seminar hija IL-ĠENERAZZJONI MITLUFA – IŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Is-seminar se jkun bl-Ingliż u bit-Taljan.
Dan is-seminar ser isir fil-5 u s-6 ta’ April 2025, fi Fiorano Modenese (Mo), ITALJA.
Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tal-Erbgħa, 18 ta’ Diċembru, 2013:
“Dawk minnkom ixxurtjati li jiksbu l-akbar salvazzjoni glorjuża se jgħixu l-Ħajja Eterna f’estasi fis-Saltna ta’ Alla. Huma jgawdu kull forma ta’ glorja f'għaqda mar-Rieda ta’ Alla u jgħixu eżistenza perfetta, li ma tispiċċa qatt.
Qatt m’għandek tiċħad il-Verità, għax il-Verità biss tista’ ġġiblek is-Salvazzjoni ta’ Dejjem”.
Ġesù tiegħek.
Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tal-Erbgħa, 21 ta’ Novembru, 2012 fit-23.30.
“Għeżież dixxipli tiegħi, intom ilkoll ulied Alla. Qed ngħaqqadkom, ġens ma’ ġens, sabiex inġib il-paċi u l-għaqda f’nofs il-kaos li ġej. Ħalluni ndaħħalkom fil-Familja Mqaddsa tiegħi biex titqawwew. Imbagħad, intom tqumu u timxu ‘l quddiem, imġedda u b’ħeġġa ġdida biex tmexxu l-Armata tiegħi li f’ħafna pajjiżi, għad trid tiġi ffurmata. Ibqgħu fidili għal dak li nordnalkom”.
Ġesù tiegħek.
F’dan is-seminar ser inkopru diversi suġġetti mill-Ktieb tal-Verità, dwar kif nippreparaw ruħna għal ġrajjiet kurrenti u futuri, kif ukoll nitolbu għas-Salvazzjoni tal-erwieħ.
Ġesù, jiena nafda fik!
Omm is-salvazzjoni, itlob għalina!
Ġesù lill-Umanità L-ITALJA
++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++
Reġistrazzjoni / Kuntatt:
seminarioitaly@protonmail.comJekk jogħġbok irreġistra sa mhux aktar tard mill-25 ta' Marzu, fl-indirizz elettroniku ta’ hawn fuq biex tirċievi aktar informazzjoni.
+++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++Dan huwa avveniment intern. Għalhekk nitolbuk biex dal l-avviż ma tpoġġihx pubblikament, iżda biss tgħaddih personalment lil dawk il-persuni interessati. +++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++++