Rużarju Globali tar-Randan ta’ Ġesù lill-Umanità

    Rużarju Globali tar-Randan ta’ Ġesù lill-Umanità

Kopertura : Glabali

Il-link tal-aċċess : https://bit.ly/LentenGlobalRosary-2025

Stedina biex ningħaqdu fit-talb



Il-paċi miegħek!

Aħna lkoll mistiedna nipparteċipaw għar-Rużarju Globali ta’ Ġesù lill-Umanità kull nhar ta’ Ġimgħa waqt ir-Randan.

Dan jibda minn nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu, 2025, u jispiċċa fil-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri it-18 ta’ April. Ser nitolbu l-erba’ misteri tar-Rużarju Mqaddes fid-9pm ħin ta’ Malta.


Dan bi tweġiba għall-Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità tad-9 ta’ Marzu 2012, tal-Omm is-Salvazzjoni.

“Hekk kif issa l-gwerer qed jitfasslu, huwa importanti li r-Rużarju Mqaddes tiegħi jingħad kuljum qabel l-Għid. Uliedi, jekk tistgħu, itolbu kulljum ir-Rużarju Mqaddes tiegħi, waqt li kull nhar ta’ Ġimgħa titolbu l-erba’ misteri, bejn issa u l-Għid il-Kbir. Ħafna qerda fid-dinja tista’ u ser tkun imtaffija.
 
Ibni Ġesù, tant jinsab ferħan b’dawk li jaċċettaw il-Kelma Mqaddsa tiegħu b’imħabba u safa tal-qalb.
Grazzji Kbar qed jingħataw lil dawk l-erwieħ safja li jafdaw kompletament Fih, mingħajr ebda dubju f’qalbhom. Intom, uliedi, intom il-Fdal tal-Knisja, il-ġandar (acorn) ċkejken ta’ dawk li jemmnu, li qed tgħinu biex tissaħħaħ l-Armata tal-Fdal tal-Kristu, issa tant meħtieġa biex tnaqqas id-dnub fid-dinja.
It-talb tiegħek u speċjalment ir-Rużarju Mqaddes tiegħi, huma l-armi meħtieġa biex jeqirdu lid-Demonju u lil dawk li qed jinfesta f’kull rokna tad-dinja.
 
Morru issa uliedi u organizzaw dan it-talb globali sabiex ir-Rużarju tiegħi jingħad mil-ġnus kollha, minn issa sa Ħadd il-Għid.”


L-ebda reġistrazzjoni mhi meħtieġa, kemm tikklikkja fuq il-link biex tissieħeb:

https://bit.ly/LentenGlobalRosary-2025

Jekk jogħġbok stieden lill-familjari u lill-ħbieb tiegħek biex jattendu.


It-Tim tal-Amministrazzjoni Globali tal-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità 
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM