Il-Missjoni Tiegħi Teħtieġ l-Impenn Sħiħ Tiegħek
Kopertura : Glabali
Il-Missjoni Tiegħi Teħtieġ l-Impenn Sħiħ Tiegħek.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ April, 2025, f’12.05pm.
Maħbuba binti l-għażiża, iż-Żmien tiegħi qorob, u raġġ ta’ dawl bħala sinjal, dalwaqt se jinżel fuq l-umanità, biex jgħin lil dawk li jħobbuni u biex isegwu t-Triq tal-Verità. It-Triq tas-Salvazzjoni.
Lis-segwaċi tal-Knisja tiegħi fid-dinja, Jiena se nagħtihom il-Grazzji biex iġeddu mħabbthom għalija.
Biex tixgħel il-fidi tagħhom, li tinsab f’diżordni.
Dan ukoll, biex jiftħilhom għajnejhom, għall-wegħda li Jien għamiltihom tal-Ħajja ta’ Dejjem.
Ifirħu, għax Imħabbti hija bħal forga għall-ulied kollha ta’ Alla. Filwaqt li ħafna minnhom mhux se jaċċettaw Lili jew id-Don tal-Ħajja, Jiena, permezz tat-talb tal-fidili tiegħi, insalva l-erwieħ (nies ħajjin) imsejkna tagħhom.
Għalkemm ħafna tawni daharhom, minħabba t-fittxija egoistika tagħhom għall-pjaċiri tad-dinja, Jiena xorta nħobbhom u nixtieq is-salvazzjoni tagħhom.
Lill-Fdal (tal-Knisja) tiegħi ngħid dan. Kunu ġenerużi fit-tfittxija tagħkom għall-Kelma Vera ta’ Alla, billi titolbu għal ħutkom, irġiel u nisa. Aħfrulhom jekk jinsulentawkom, jew din, l-aħħar missjoni tiegħi ta’ kull żmien. Minflok, kunu ta’ eżempju billi jkollkom l-imħabba f’qalbkom u aħfru lil dawk kollha li jweġġgħukom f’Ismi.
Jiena qed indawwal it-triq quddiemkom sabiex tkunu tistgħu taraw ċar u timxu bi skop, biex tgħinuni nsalva l-erwieħ. Il-Missjoni tiegħi teħtieġ l-impenn u l-attenzjoni sħiħa tagħkom għax dalwaqt se taraw l-intervent t’Alla meta jurikom il-Qawwa tiegħu fuq dak kollu li hawn.
Isimgħu sew. Ġeddu l-wegħda tagħkom li ssegwu t-Tagħlim tiegħi. Tagħtux każ ta’ l-ebda bidla li tidher stramba. Taqgħu qatt għall-qerq tad-Demonju li jġiegħlkom temmnu li ċerti forom ta’ Kristjaneżmu, fejn dawn jaċċettaw il-qtil ta’ kwalunkwe tip, huma tajbin.
Jekk temmnu Fija tirrispettaw l-ħajja mogħtija lilkom minn Alla.
Intom tridu tħobbu lil xulxin, għalkemm tistgħu tweġġgħu lil xulxin. Meta jiġri dan, aħfru, insew u imxu f’għaqda miegħi. Imbagħad, u meta tagħmlu hekk biss, ddgħajfu l-qawwa tal-għadu tiegħi.
Ġesù tagħkom