Katina tat-Talb Globali għall-Protezzjoni: Sezzjoni EWROPA
Kopertura : Reġjonali
Katina tat-Talb Globali għall-Protezzjoni: Sezzjoni EWROPA.
Għeżież Suldati fit-Talb,
Aħna lkoll mistiedna sabiex tattendu l-Katina ta’ Protezzjoni Globali, sezzjoni Ewropea, ta’ Ġesù lill-Umanità, on-line, nhar il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju 2025, fis-9pm ħin ta’ Malta.
ID: 81307908232
Messaġġ mill-Ktieb tal-Verità, tal-Ħamis, 16 ta’ Frar, 2012 fit-20.00.
Grupp mill-għar qed iwettaq l-akbar gidba sabiex jaħtaf il-kontroll ta’ pajjiżi sħaħ.
“Għażiża binti, hemm bżonn li tgħid lil uliedi, lil dawk is-segwaċi kollha tiegħi, biex jingħaqdu u jiffurmaw katina tat-talb għall-protezzjoni.
Il-pjan tagħhom issa qed jinkixef quddiem għajnejk. M’intix tara?
Intom uliedi, tistgħu twaqqfu dan milli jseħħ permezz tat-talb tagħkom. Diġà Missieri qed ipoġġilhom l-ostakli.
Is-segwaċi tiegħi huma mifruxa fuq ħafna pajjiżi. Issa tridu tingħaqdu flimkien fit-talb, biex twaqqfu lill-mexxejja Ewropej, li wħud minnhom huma determinati li iġibu tbatija tal-biża’ fuq nies innoċenti, mit-toroq ħżiena tagħhom.
Binti, din il-Katina tat-Talb se tinfirex il-bogħod u ma’ kullimkien, u l-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu se tgħin biex twaqqaf lil dawk il-kbarat, li għandhom il-qawwa li jwaqqfu t-tbatija, sabiex twaqqafhom mill-azzjonijiet ħżiena tagħhom”.
Il-Maħbub tagħkom Ġesù
It-Tim tal-Amministrazzjoni, Sezzjoni Ewropea, tal-Missjoni ta’ Ġesù lill-Umanità